Saturday, December 21, 2024

Tifel ta’ 3 snin fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn gallarija

Aqra wkoll

Għall-ħabta tad-8.45pm tal-bieraħ, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Patri Pelagju Mifsud, Ħaż-Żebbuġ.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li tifel ta’ 3 snin, kien waqa’ madwar sular minn gallarija.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifkat li qed fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport