Saturday, December 21, 2024

Tifel ta’ erba’ snin jegħleb il-Covid-19 fl-istess perjodu li kien qed jiġġieled il-kanċer

Aqra wkoll

Tifel ta’ erba’ snin irnexxielu jegħleb il-coronavirus fl-istess waqt li kien għaddej minn sezzjonijiet kontinwi tal-kemoterapija. Archie Wilks kellu neuroblastoma, forma ta’ kanċer li tiżviluppa fit-twelid. Sa minn Jannar tas-sena 2019 huwa kien qiegħed jieħu t-terapija sakemm biex is-sitwazzjoni tkompli tiggrava, fl-aħħar ġimgħat huwa beda juri s-sintomi tal-virus.

Il-ġenituri tiegħu, Simon u Harriet tkissru mal-aħbar li binhom kien irriżulta pożittiv għal dan il-virus. Il-koppja minn Saffron Walden f’Essex għamlu minn kollox biex jissalvagwardjaw lil binhom. Huma saħansitra waqqfu lil ħuh it-tewmi mill-iskola sabiex ikunu jistgħu jibqgħu iżolati f’darhom. Il-missier qal li l-unika persuna li kienet qed iżżurhom kienet l-infermiera li kienet iżżur lil binhom u xi appuntament inevitabbli li kellu l-istess Archie.

Il-missier irrakkonta dwar l-esperjenza qarsa tiegħu flimkien ma’ ibnu fl-Isptar ta’ Addenbrooke f’Cambridge. Filwaqt li faħħar lill-infermiera tal-ħidma mpekkabbli tagħhom huwa spjega l-weġgħa li ħass meta ra lil dawk il-mediċi jibżgħu minnu u minn ibnu minħabba s-sitwazzjoni li kien fiha ċ-ċkejken Archie.

Fortunatament fl-1 t’April iċ-ċkejken u missieru setgħu jingħaqdu flimkien mal-omm u ħuh Henry fejn wara testijiet li saru rriżulta li Archie kien ikun jaqbel li jinżamm f’iżolament fir-residenza tal-familja.

Ekonomija

Sport