Kien għall-ħabta tas-7.30am meta l-Pulizija ġiet informata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi.
Jirriżulta li f’dan l-inċident tifel ta’ ħames snin ntlaqat minn Toyota IQ, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena u residenti Wied il-Għajn.
It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

