John Luke Carver, tifel ta’ ħames snin tilef ħajtu traġikament meta waqt li kien qiegħed isuq karozza żgħira waqa’ f’pixxina fid-dar tal-ġenituri tiegħu fl-Istati Unit.
Missieru li hu paramendiku professjonali, beda jagħti CPR lil ibnu stess, iżda kien kollu għal xejn għax it-tifel ġie ċċertitifkat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-familja qalet li minkejja t-telfa ta’ binhom hija waħda iebsa ħafna, se jkunu qegħdin joffru l-organi kollha li għandhom tajbin biex tfal oħrajn ikunu jistgħu jgħixu.


