Tifel weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-5:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi TRiq Bir Rikka f’Marsaxlokk.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tifel ta’ seba’ snin kien intlaqat minn mutur tal-għamla Daelim, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 39 sena residenti Marsaxlokk.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lit-tifel lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.