Tifel ta’ seba’ snin iddaħħal l-isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:30 p.m. waqa’ minn xi għoli f’residenza fi Triq Santa Marija, il-Gudja.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li t-tifel, sofra xi ġrieħi wara li waqa’ madwar sular minn taraġ ta’ residenza.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.