Tifel ta’ sena spiċċa bi ġrieħi gravi wara li ngidem minn lupu waqt li kien mal-ġenituri tiegħu f’ZooAmerica fl-Istati Uniti. Jirriżulta li t-tifel daħħal idejh f’gaġġa fejn kien hemm il-lupu fil-konsegwenza li gidmu.
L-Awtoritajiet taż-żoo fetħu investigazzjoni u anke qalu li qegħdin jgħinu lill-pulizija biex jiġi stabbilit x’seħħ eżatt.
Iżda l-ewwel investigazzjonijiet juru li t-tifel tħalla waħdu waqt li l-ġenituri kienu qegħdin jaraw il-mobiles tagħhom. Kien tard wisq x’ħin indunaw b’dak li kien għamel it-tifel.
Kienu persuni fil-qrib li ndunaw b’dak li kien seħħ u ħarġu idejn it-tifel mill-gaġġa. Hu ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post sakemm wasal tim mediku u ħaduh l-isptar.

