Tuesday, July 22, 2025

Tifel ta’ sena u erba’ xhur fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’pixxina ta’ residenza fix-Xagħra Għawdex

Aqra wkoll

Tifel ta’ sena u erba’ xhur jinsab fil-periklu tal-mewt. Dan wara li lbieraħ sab ruħu f’diffikulta wara li waqa’ f’pixxina ta’ residenza privata fix-Xagħra, Għawdex.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:30 p.m., fi Triq Ġnien Imrik. Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex marru fuq il-post immedjatament, fejn hemmhekk sabu lit-tifel mitluf minn sensih.

Huwa ttieħed lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u aktar tard ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport