Saturday, December 28, 2024

Tifel ta’ sena u nofs u żewġ nisa bi ġrieħi ħfief wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Tarbija ta’ sena u xahrejn u żewġ nisa qed isofru minn ġrieħi ħfief wara li lbieraħ filgħaxja, għall-ħabta tal-11:00 p.m kienu involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħaż-Żabbar f’Raħal Ġdid. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip  Opel Corsa li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 70 sena residenti Marsaxlokk u miegħu kien hemm passiġġiera mara ta’ 70 sena wkoll minn Marsaxlokk u karozza tat-tip Nissan Qashqai kienet misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Fgura. 

Fl-istess karozza, kien hemm erba’ passiġġieri; mara ta’ 24 sena mill-Fgura, tifel ta’ sena u xahrejn, u żewġt ibniet ta’ 3 u 4 snin.

Iż-żewġ nisa u t-tarbija ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġew iċċertifikati li qegħdin isofru minn ġrieħi ħfief. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport