Sunday, November 24, 2024

Tifel ta’ sentejn jispiċċa orfni wara l-isparatura f’Chicago

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Omm u missier tifel ta’ sentejn li nstab waħdu wara l-isparatura f’Chicago, huma fost is-seba’persuni li tilfu ħajjithom.

Irina McCarthy ta’ 35 sena, u Kevin McCarthy ta’ 37 sena, nqatlu wara li raġel armat beda jispara fuq in-nies minn fuq saqaf waqt il-parata tal-4 ta’ Lulju f’Highland Park. Iċ-ċkejken Aiden fortunatamet ma’ weġġgħax u qegħdin jieħdu ħsiebu n-nanniet. Koppja oħra li kienet fil-post meta seħħet l-isparatura qalu li Aiden kien 

Aiden kien separat mill-ġenituri tiegħu waqt l-isparatura, qalu koppja li kienu fuq il-post tal-attakk.

Dana u Greg Ring qalu lis-CBS li sabu lit-tifel żgħir ma’ barranija, li kellha ġisimha kollu jitriegħed kawża ta’ dak li kien għadu kemm seħħ.

Il-missier kien mfakkar bħala “impjegat brillanti” mill-istess imgħallem tiegħu. “Barra mill-post tax-xogħol kien missier kburi ħafna u raġel devot li kien jadura lill-familja tiegħu. Se nħossu bil-kbir in-nuqqas tiegħu”, żied jgħid Joe Nolan.

Ieħor minn dawk li nqatlu kien Nicolas Toledo ta’ 78 sena. L-anzjan kien deskritt min-neputi tiegħu bħala raġel “maħbub” u “avventuruż”. Toledo kien qed isegwi l-parata fis-siġġu tar-roti tiegħu meta ġie milqut minn tiri.

Sport