Sunday, June 22, 2025

Tifel ta’ sitt snin imut wara li għereq f’pixxina

Aqra wkoll

Tifel ta’ sitt snin jitlef ħajtu Ilum, għall-ħabta tal-5.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq San Ġwann, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li tifel ta’ 6 snin waqt li kien ma` xi familjari f’għelieqi li għandom fl-inħawi, qabad jimxi fil-madwar u tbiegħed minnhom.

Kif indunaw b’hekk, huma marru jfittxuh u minnufih infurmaw lillPulizija.Diversi sezzjonijiet tal-Pulizija kienu nfurmati u bdew it-tfittxijiet fiż-żona tal-madwar. Wara xi ħin, bl-użu ta’ drone tal-pulizija, it-tifel deher f’pixxina ta’ residenza oħra mitluf minn sensih.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn uffiċjali tal-Pulizija stess, b’tim mediku jassisti ftit tal-ħin wara. It-tifel ittieħed permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei iżda sfortunatament aktar tard tilef ħajtu.Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport