Friday, June 6, 2025

Tifel ta’ sitt snin jingħata c-CPR … kien qed jegħreq f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

 Tifel ta’ sitt snin li kien qed jgħereq fil-baħar ġie assistit minn lifeguards fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa. 

Dan is-sit jinsab infurmat li  l-lifeguards lemħu persuna wiċċha l-isfel fil-baħar u niżlu għalih. Appena telgħu fuq il-moll it-tifel ma kienx qed jieħu nifs u nbeda CPR fuq il-post. 

Minnufih wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Huwa ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.

Sa issa l-kudnizzjoni tat-tifel għadha mhix magħrufa. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport