Ilum, għall-ħabta tal-4:15 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’residenza fi Triq il-Kortoll, ix-Xagħra, Għawdex.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li tifelta’ 3 snin kien waqa’ ġol-pixxina tar-residenza u sab ruħu f’diffikultà. Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn uffiċjali tal-Pulizija li kienu l-ewwel li waslu fuq il-post, b’tim mediku jassisti ftit tal-ħin wara u permezz t’ambulanza ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Sfortunatament it-tifel kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ
6:35 p.m- Tifel ta’ 3 snin isibu ruħu f’diffikultajiet f’pool f’Għawdex
Tifel ta’ 3 snin kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tal-4.20pm sab ruħu f’diffikultajiet waqt li kien qiegħed jgħum f’pool fix-Xagħra Għawdex.
Il-każ seħħ fi Triq il-Kortoll ix-Xagħra, meta għal xi raġuni t-tifel spiċċaw f’diffikultajiet. Fuq il-post l-ewwel li waslu kienu Surġent u Kuntistabbli tal-Pulizija li mill-ewwel bdew jagħtu l-ewwel għajnuna lit-tifel.
Dan sakemm fuq il-post wasal tim mediku b’ambulanza li komplew jassistu sakemm it-tifel iddaħħal l-Isptar.
It-tifel hu residenti x-Xagħra Għawdex.
Il-kundizzjoni s’issa għadha mhix magħrufa, filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw il-każ.