Saturday, January 24, 2026

Tifel ta’ tnax-il sena jmut wara li ġie attakkat minn kelb il-baħar f’Sydney

Aqra wkoll

Nico Antic, tifel ta’ 12-il sena li ġie attakkat minn kelb il-baħar il-ġimgħa li għaddiet, miet kawż tal-ġrieħi li sofra.

Midja internazzjonali rrapurtat li l-Ħadd li għadda, Antic ġie attakkat minn kelb il-baħar waqt li kien qed jgħum ma’ sħabu f’Nielsen Park fil-Port ta’ Sydney.

Fi stqarrija, il-ġenituri ta’ Nico qalu li qalbhom hija maqsuma. Huma ddiskrevew lil Nico bħala tifel ferrieħi, dħuli u li kien ġeneruż ma’ bosta. 

Il-ġenituri rringrazzjat lit-timijiet fl-Isptar tat-Tfal ta’ Sydney “għal dak kollu li għamlu biex jieħdu ħsieb Nico”, kif ukoll lil dawk fil-komunità tal-appoġġ li taw lil familja matul dawn il-jiem diffiċli tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport