Thursday, April 2, 2026

Tifkira ta’ Jum il-Ħelsien f’Għawdex

Aqra wkoll

It-Tlieta li għadda, bħala tifkira ta’ Jum il-Ħelsien, il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar organizza kunċert Vokali u Strumentali u mill-Banda tal-Pulizija ta’ Malta.

Din is-serata saret fis-sala tal-Oratorju Don Bosco, il-Belt Victoria u kienet tikkonsisti f’kunċert vokali u strumentali bis-sehem tal-Banda tal-Korp tal-Pulizija taħt it-tmexxija tal-Maestro Anthony Cassar, b’wirjiet spettakolari mill-isbaħ tall-kantani Mark Tonna, Francesca Zahra Sciberras, Nicole Hammett, Kristy Spiteri u David Joseph Sammut u Mary Spiteri. Serata li kienet tikkonsisti “Maltin Biss” kanzunetti bil-lingwa Maltija u li ħolqu atmosfera ta’ divertiment mill-isbaħ.

Għal din l-okkażjoni fost oħrajn kien hemm preżenti l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri filwaqt li d-dħul għal din l-attività kien mingħajr ħlas.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport