Tifla ta’ 12-il sena, għall-ħabta tal-5.00pm tal-bieraħ filgħaxija ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident fi Triq il-Bajja is-Sabiħa, f’Birżebbuġa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li t-tifla ntlaqtet minn Toyota Yaris, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 40 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima LL.D li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.