Kien għall-ħabta tat-8.30am meta l-Pulizija ġew informati li f’Imdina Road kien seħħ inċident tat-traffiku u anke kien hemm bżonn l-assistenza medika.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li Toyota Vitz li kienet misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti Ħad-Dingli kellha mpatt ma’ Totoya Dyna.
Mal-mara kien hemm tifla ta’ 6 snin bħala passiġġier.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-assistenza lill-persuni nvoluti, ħadu lill-minuri l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tagħha s’issa għadha mhix magħrufa waqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

