Saturday, December 21, 2024

Tifla nieqsa mill-2019 tinstab f’moħba taħt taraġ 160 mil bogħod

Aqra wkoll

Tifla li kellha erba’ snin meta għebet fl-2019 instabet taħt taraġ 160 mil bogħod minn fejn inħatfet.

Paislee Shultis, li issa għandha sitt snin, kienet qed tgħix f’kompartiment sigriet f’dar fl-istat ta’ New York wara li l-ġenituri tagħha allegatament ħatfuha mingħand il-gwardjani legali tagħha.

Il-Pulizija kienet żaret id-dar tal-ġenituri tat-tifla Kim Cooper u Kirk Shultis diversi drabi fit-tfittxija għat-tifla peress li kien hemm s-suspetti li dawn kienu ħatfuha.

Iżda wara li informazzjoni li waslitilhomm, il-pulizija kisbu mandat ta’ tfittxija fid-dar fil-belt ta’ Saugerties u hemm sabu lil lit-tifla Paislee nhar it-Tnejn li għadda.

Huma fittxew id-dar għal ‘ftit aktar minn siegħa’ qabel ma’ uffiċjal sab lit-tifla u lil Kim Cooper mistoħbijin f’post ‘mudlam u mxarrab’.

Kien pulizija li nduna bil-moħa meta permezz ta’ ‘flashlight’ ħares bejn ix-xquq ta’ bejn it-taraġ qal il-Kap tal-Pulizija ta’ Saugerties Joseph Sinagra lil CBS2.

Fil-ħidma tagħhom, il-piulizija wżaw għodda tal-aloġenu, għodda ta’ dħul bil-forza, u bdew jaqtgħu t-taraġ meta f’ħin minnhom raw par saqajn żgħar.

Id-dar fejn ġiet moħbija t-tifla wara li nħatfet kienet madwar 160 mil bogħod minn fejn dehret l-aħħar darba fid-dar tal-gwardjani legali tagħha fi New York.

Il-Pulizija mhix teskludi li Paislee inżammet fid-dar għall-ħin kollu li kienet nieqsa madankollu ma deherx li t-tifla kienet b’xi mod abbużata.’

Hija kienet f’qagħda tajba, iżda l-awtoritajiet qalu li ma kinitx taf taqra jew tikteb u li ma ngħatat l-ebda edukazzjoni fid-dar.

Iż-żewġ ġenituri ġew arrestati, flimkien ma ‘missier Kirtk Shultis wara s-sejba u kollha ġew akkużati b’perikolu tat-tfal u interferenza fil-kustodja.

Ekonomija

Sport