Tifla ta’ 10 snin spiċċat l-isptar wara li kellha ħruq kbir fi griżmejha. Dan hekk kif, kielet ħelu qares, li huwa famuż immmens fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali TikTok, li jġib l-isem ta’ ‘Black Death’.
Mia-Rose Bowyer, qalet li din ma kinitx l-ewwel darba li rat lil xi ħadd jipprova l-Black Death, kemm fuq TikTok u kif ukoll fuq YouTube.
Wara li ħadet il-ħelwa, Mia-Rose ittieħdet l-Isptar b’urġenza, fejn it-tobba poġġewha fuq l-ossiġnu u kellhom tuha diversi mediċini fosthom antibijotiċi biex jgħinuha fin-nifs u sabiex tinżel in-neefħa li kellha fi griżmejha.
Wara tlett ijiem u wara li tteħdulha diversi x-rays, Mia-Rose intbagħtet id-dar, iżda t-tobba baqgħu jsegwuha b’diversi appunttament sabiex jiċċekjaw jekk saritx ħsara fil-kordi vokali.