Wednesday, July 24, 2024

Tifla ta’ 10 snin tiddeskrivi l-mument meta tilfet lil ħabibtha fl-isparatura f’Texas

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tifla ta’ għaxar snin, Khloe Torres,  kienet waħda minn dawk l-istudenti li rnexxielha ssalva mill-isparatura fl-iskola ta’ Texas. Hija ddeskriviet il-mument ta’ qsim il-qalb hekk kif indunat li kienet tilfet lill-ħabiba tal-qalb tagħha. Sfortunatament ħabibitha kienet waħda mid-19 li sfaw maqtula.

“Hija kienet l-unika ħabiba li kelli” Armerie Jo Garza t-tifla li sfortunatament mietet f’dan l-attakk kienet qed iċċempel 911 għall-għajnuna meta f’ħin bla waqt sfat maqtula. 

Khloe kompliet tgħid kemm kienet għenitha ħabibitha meta flimkien mal-familja tagħha ġew joqogħdu f’din il-belt. Hija qalet ukoll li waqt li kienu msakkrin fl-iskola, għamlitilha ħafna kuraġġ biex ma tibżax. 

Fil-mument li l-aggressur daħal fil-kamra fejn kienu, l-għalliema marret tiġri quddiem l-istudenti tagħha biex tipprova tipproteġihom. L-aggressur imbagħad spara lil ħabiba tagħha kif ukoll liż-żewġ għalliema li kien hemm preżenti. 

Kif rat dan kollu iseħħ quddiem għajnejha, it-tifla qabdet il-mowbajl u tfietu. Lill-agressur qaltlu li ma trid li jweġġa’ ħadd iżda kif qaltlu hekk ipprova jispara lilha wkoll. Kif rat hekk telqet tiġri u ntlaqtet bi żbrixx. 

Dak il-ħin eżatt l-agressur ġie maqtul minn pulizija li fil-pront mar jgħin lit-tifla biex joħroġha mill-klassi. Kif kienet ħierġa ġiet wiċċ imb wiċċ ma’ missier il-ħabiba tagħha li kif raha miksija demm waqaf biex jagħtiha l-għajnuna. Hi qaltlu li d-demm ma kienx tagħha u hemm sar jaf li bintu ta’ għaxar snin kienet għadha kif mietet. 

Hija ddeskriviet lil Armerie bħala tifla sinċiera u verament ħelwa li qatt m’għamlet ħsara lil ħadd. 

Ekonomija

Sport