Sharona Grima ta’ 12-il sena ġiet rappurtata nieqsa lill-Pulizija.
Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija f’forma ta’ appell intqal li hija dehret l-aħħar fl-akwati tax-Xagħra, Għawdex, nhar it-22 ta’ Ġunju, 2022.
Kull min għandu xi informazzjoni dwarha, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119, jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.