Monday, May 13, 2024

Tifla ta’ 5 snin imwerwra meta rat lil missierha jipponta pistola lejn ommha

Aqra wkoll

Raġel ta’ 34 sena minn Ħaż-Żabbar, iżda resident ż-Żurrieq li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti wieġeb mhux ħati quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo li bl-imġiba tiegħu kkawża biża’ lill-eks sieħba u dan kollu sar quddiem it-tfal tagħhom li għandhom ħames snin u sentejn.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-vittma kellha tiltaqa’ mar-raġel biex tiġbor lit-tifla ta’ sentejn wara li r-raġel mar jiġbor lit-tifla miċ-Child Care mingħajr permess.

Il-mara fir-rapport li għamlet lill-pulziija qalet lir-raġel beda jistaqsiha biex jerġgħu jibdew relazjoni u meta hija rrifjutat hu ħareġ pistola u qalilha li kien lest li joqtolha u jmur il-ħabs jekk ma terġa’ ikollha relazzjoni miegħu.

Il-Prosekuzzjoni qalet fil-Qorti li l-mara u żewġ minuri marru l-għassa mwerwrin bit-tifla l-kbira anke tirremetti wara li rat lill-missierha jipponta l-pistola lejn ommha u oħtha.

Minkejja li kien hemm talba għall-ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwi minħabba l-gravità tal-każ u anke li l-pisola s’issa għadha ma nstabix. Il-pulizija jinsabu ċerti li f’idejh kellu pistola minħabba ritratti li qiegħed f’idejn l-investigaturi li juri dan kollu.

Il-Maġistrat Elaine Rizzo qalet li f’dan l-istadju l-imputat mhux jagħti s-serħan tal-moħħ li ser joqgħod għall-kundizzjonjiet imposti fuqu u għaldaqstant ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Sherona Attard. Qed jiddefendih l-avukat Franco Debono, Marion Camilleri u Adreana Zammit. Għall-vittma qed jidher l-avukat Jason Azzoppardi.

Sport