Tuesday, November 26, 2024

Tifla ta’ erba’ snin vittma ta’ realtà kiefra wara li tilfet lil familtha f’attakk mill-Iżraeliti

Aqra wkoll

Il-mewt ta’ xi ħadd qarib tagħna, bla ebda dubju, hija esperjenza diffiċli. Però, li titlef lil familtek ta’ età tenera hija trawma bil-wisq kbira.

Fulla Al-Laham, tifla ta’ erba’ snin li bħalissa qed tiġi rikoverata fl-isptar ta’ Khan Younis, intlaqtet minn din ir-realtà kiefra.

Dan wara li f’attakk riċenti, id-dar li kienet qed tgħix fiha mal-familja tagħha sfat fil-mira tal-Iżraeliti bħala parti mis-sensiela ta’ attakki fin-Nofsinhar ta’ Gaża.

Appena fetħet għajnejha, it-tifla sabet lil nannitha maġenbha — Um Muhammed Al-Laham — u ngħatat l-aħbar li 14-il persuna mill-familja tagħha, inkluż il-ġenituri tagħha u ħutha, tilfu ħajjithom.

Um Muhammed tilfet lill-għażiż binha flimkien mal-kumplament tal-familjari tagħha: “F’ħin bla waqt, attakkawna waqt li konna lkoll miġbura f’darna … ħadd ma salva, ħlief in-neputija tiegħi Fulla … 14-il persuna mietu martri”.

Um Muhammed rat diversi gwerer bejn il-Ħamas u l-Iżrael mal-medda tas-snin, però, hija tiddeskrivi din il-gwerra riċenti bħala l-aktar waħda ħarxa.

Sport