Tifla ta’ sentejn sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret f’Santa Venera. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 p.m. fi Triq il-Kbira San Ġużepp.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li t-tifla ntlaqtet minn vettura tat-tip Land Rover li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti Pembroke.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifla l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.