Tifla ta’ sitt snin weġġgħet gravi wara li waqgħet madwar sular għoli minn tieqa. L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-2.45 p.m. fi Triq ix-Xwieki, Ħal Għargħur.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lit-tifla l-Isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika, fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.