Sunday, December 22, 2024

Tifla ta’ tliet snin salvata aktar minn 60 siegħa wara terremot fit-Turkija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tifla ta’ tliet snin ġiet salvata minn qalb it-tifrik ta’ blokka bini li ġġarrfet fil- belt ta’ Izmir ġewwa t-Turkija. Dan seħħ tlett ijiem wara t-terremot qawwi li heżżeż il-pajjiż u ħalla 81 persuna mejtin. 

Il-ħaddiema tas-salvataġġ komplew għaddejjin bil-ħidma tagħhom fuq tmien strutturi li ġġarrfu ġewwa Izmir li ħasdu l-ħajja ta’ 79 persuna. It-terremot li seħħ nhar il-Ġimgħa li għaddiet kien l-iktar wieħed fatali f’dan l-aħħar deċenju f’dan il-pajjiż. 

Filmati li dehru fuq il-midja kienu juru lit-tifla, Elif, tiġi maħruġa minn qalb it-tifrik mill-ħaddie- ma tas-salvataġġ u tittieħed lejn ambulanza permezz ta’ sodda tar-roti. Dan seħħ 65 siegħa wara li seħħ it-terremot. Ħut Elif flimkien ma’ ommha kienu ġew salvati nhar is-Sibt li għadda, iżda sfortunatament ftit wara wieħed minn ħutha miet. 

L-awtoritajiet tal-pajjiż qalu li madwar iż-żona twaqqfu xejn inqas minn 3,500 tinda li b’kollox fihom 13,000 sodda biex jagħtu kenn temporanju lil dawk fil-bżonn. 

Apparti n-numru ta’ persuni mejta, kien hemm 962 persuna oħra li kellhom jingħataw kura fl-isptar minħabba ġrieħi li sofrew. 

Ekonomija

Sport