Monday, December 23, 2024

Tifla ta’ tliet snin tweġġa’ gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Tifla ta’ tliet snin sofriet minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku. 

L-inċident seħħ ibieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-9..00p.m. fi Triq ir-Rnella, Kalkara. 

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li seħħ inċident bejn Toyota Corsa misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Kalkara u Volkswagen Polo misjuqa minn mara ta’ 22 sena residenti Ħaż-Żabbar. 

Fil-karozza mal-mara, kien hemm riekba mara oħra ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żabbar u żewġt itfal ta’ 3 u 4 snin. 

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. 

Aktar tard it-tifla ta’ 3 snin li ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport