Tifla ddaħħlet l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:30 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant Andrija fis-Swieqi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tifla ta’ 13-il sena kienet ittajret hi u taqsam it-triq minn vettura tal-għamla Nissan misjuqa minn mara Pollakka ta’ 34 sena residenti s-Swieqi.
Fil-post issejħu ambulanza u tim mediku li assistew lit-tifla sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.