F’inkjesta fil-Qorti ta’ Londra beda jinstema l-każ ta’ tfajla ta’ 14 -il sena li lura għal Marzu tal-2021 tilfet ħajjitha. Dan seħħ ftit tas-sigħat wara li diversi subien li jattendu l-iskola tagħha bdew ixerrdu filmati u ritratti espliċiti u foloz tagħha mal-midja soċjali.
Mia Janin kienet studenta li tattendi fl-Iskola ta’ Kenton, f’Londra. Kienu l-familjari tagħha li sabu lil Mia mejta fid-dar tal-familja f’Harrow.
Fil-Qorti, Mariano Janin, li jiġi missier it-tfajla qal li jemmen li dan kollu ġara għax binthu kienet ibbuljata onlajn.
Fi stqarrija, student li kien preżenti għas-seduta xehed kif is-subien kienu użaw r-ritratti tal-wiċċ ta’ diversi tfajliet. Żied jgħid li ntuża wkoll dak ta’ Mia u li permezz tal-photoshop u t-teknoloġija, s-subien ttransformaw r-ritratti tal-uċuħ tat-tfajliet, f’artisti tal-pornografija.
Min-naħa tagħhom, il-ġenituri irrimarkaw li dakinhar li kienu qegħdin jinxterdu l-allegat ritratti u filmati, Mia kienet saqsiethom jekk tistax tibdel l-iskola. Qalu wkoll , li l-omm kienet tat permess lil bintha sabiex din tibqa ssegwi l-lezzjonijiet onlajn.
Fil-Qorti, kelliem għall-iskola fejn Mia kienet tattendi, qal li l-iskola ma kinitx konxja li kien hemm diversi subien qegħdin jagħmlu hekk fuq il-midja soċjali.
L-inkjesta mistennija tkompli.