F’ittra emozzjonali lil ommha li mietet fil-gwerra, tifla Ukrena ta’ disa’ snin kitbet li kienet se tagħmel minn kollox biex tkun tifla tajba ħalli jerġgħu jiltaqgħu fis-sema.
Ritratt tal-ittra miktuba bl-idejn ġie ppubblikat fuq Twitter minn Anton Gerashchenko, konsulent tal-Ministru tal-Affarijiet Interni tal-Ukrajna. Fit-tweet tiegħu, huwa kiteb, “Hawn l-ittra minn tifla ta’ 9 snin lil ommha li mietet f’Borodianka”.
Omm it-tifla allegatament mietet f’attakk Russu fuq il-karozza tagħhom, skont rapport fil-New York Post.
Fit-tweet tiegħu, huwa ġab dak li qalet din it-tifla li qalet: “Int l-aqwa omm fid-dinja kollha. Qatt ma ninsik. Nispera li tmur il-Ġenna u tkunu kuntenta hemm. Jien se nagħmel minn kollox biex inkun persuna tajba u nidħol fil-Ġenna wkoll. Niltaqgħu fil-Ġenna!