Il-golfer Tiger Woods irrifjuta offerta ta‘ $1 biljun biex jingħaqad mal-LIV Golf Invitational Series appoġġjat mill-Arabja Sawdija.
Dan it-tour se jibda nhar il-Ħamis fiċ-Centurion Club bi premju ta’ kważi $25 miljun.
Peró dan it-tour qatt ma rnexxielu jattira l-aqwa stilel ta’ dan l-isport minkejja li kienu ħadu sehem Lee Westwood, Phil Mickelson u Dustin Johnson.
Madankollu, li wieħed jiżgura l-parteċipazzjoni ta’ Woods, li l-valur nett tiegħu huwa stmat li hu ta’ madwar $1.7 biljun, wera li kien diffiċli minkejja li l-organizzaturi offrew lil dan il-golfer ħlas enormi biex jingħaqad magħhom.
Kelliemi qal: “Woods irrifjuta ftehim li kien wieħed massiv. Hawnhekk qed nitkellmu ta’ ħlas fuq disa’ ċifri!!”
Woods reċentement reġa’ lura fl-azzjoni fil-Masters ta’ April li għadda mindu kien sofra ġrieħi serji bil-karozza tiegħu f’aċċident tat-traffiku.
Wieħed irid jgħid ukoll li Woods sabha diffiċli biex juri l-forma solita tiegħu f’Augusta jew fil-Kampjonat tal-PGA tal-Istati Uniti, f’Mejju li għadda, iżda sostna li x-xewqa tiegħu hija li jkompli jilgħab fl-akbar avvenimenti tal-logħba.