Wednesday, October 9, 2024

Tiġi fi tmiemha ż-żjara tal-Papa Franġisku f’pajjiżna

Aqra wkoll

Waslet fi tmiemha ż-żjara tal-Papa Franġisku f’pajjiżna. Il-Papa kellu jħalli pajjiżna aktar kmieni għall-ħabta tas-6:15 p.m.

Minkejja dan bejn minħabba l-impenji tiegħu f’pajjiżna u numru ta’ waqfiet, it-titjira permezz tal-linja tal-ajru Nazzjonali Maltija kellha tittardja b’madwar siegħa.

Il-Papa kien akkumpanjat f’din l-aħħar mixja tiegħu mill-President tar-Repubblika George Vella u s-sinjura tiegħu fost persuni distinti oħra.

Filwaqt li jinsab fi triqtu lejn Ruma, il-Kap tal-Knisja Kattolika qal li żjara lejn l-Ukrajna tinsab fil-pjanijiet tiegħu.

Sport