Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal Roberto Menichelli, sejjaħ l-iskwadra għat-turnew Futsal Week, li se jsir f’Labin, fil-Kroazja.
L-iskwadra ta’ 16-il plejer, flimkien mal-istaff tekniku, se tivvjaġġa lejn il-Kroazja t-Tnejn 19 ta’ Jannar u tirritorna fis-26 ta’ Jannar.
L-ewwel partita ta’ Malta hija skedata kontra t-Turkija fit-22 ta’ Jannar. Fost it-timijiet nazzjonali l-oħra li se jkunu qed jipparteċipaw f’dan it-turnew hemm Greenland, San Marino, il-Marokk, ir-Rumanija, l-Iskozja u l-Iżvizzera.
L-iskwadra hija komposta minn:
Goalkeepers:- Matthias Borg, Clint Mifsud, Andrej Trajkoski
Plejers:- Nezar Abuaisha, Kaden Baldacchino, Michael Borg, Aidan Buhagiar, Daniel Camilleri, Nathan Cope, Maicon Da Silva Gaiewski, Luke Gatt, Zac Portelli, Maksim Radojevic, Collin Sammut, Giancarlo Sammut u Karl Luke Schembri.
Dan it-turnew ta’ ħbiberija se jkun qed iservi ta’ preparazzjoni importanti hekk kif f’April Malta tilgħab fl-ewwel fażi ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-futsal bit-tim Malti se jkun qed jaffaċċja lill-pajjiż ospitant d-Danimark kif ukoll lil Skozzja u Andorra.



