Il-Ħadiema tal-Protezzjoni Ċivili lbieraħ kienu mpenjati f’operazzjoni ta’ salvataġġ ħdejn it-Torri l-Aħmar fil-Mellieħa wara li mara li kienet qiegħda timxi fl-inħawi kellha bżonn l-assistenza medika.

F’din l-operazzjoni delikata ħafna, żewġ uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili ddendlu mal-irdumijiet sakemm waslu ħdejn il-mara u bdew jassistuha.
Minħabba l-post kif inhu, isejjaħ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta biex ikun jista’ jtella lill-vittma biex b’hekk tkun assistita minn tim mediku.

Hekk kif il-mara ġiet salvata kompliet l-operazzjoni hekk kif isfel kien baqa’ ħames persuni oħrajn flimkien maż-żewġ uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili.
L-operazzjoni tas-salvataġġ kienet kumplessa u delikata minħabba aċċess estremament diffiċli, is-sit seta’ jintlaħaq biss bil-mixi, u kien jeħtieġ riżorsi u koordinazzjoni sinifikanti. Barra minn hekk, l-operazzjonijiet twettqu fid-dlam totali, u dan żied aktar il-livell ta’ diffikultà u riskju.

