Saturday, December 21, 2024

Tiġijiet bilwieqfa sa massimu ta’ 300 persuna minn April

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru ma naqasx milli jindirizza l-inċertezza ta’ dawk li se jorganizzaw it-tiġijiet tagħhom fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Huwa għamilha ċara li ma jistax ikun preċiż f’ċertu dati ta’ rilaxx, iżda se jkun qiegħed jagħmel eċċezzjoni fejn jidħlu t-tiġijiet għax bħala awtoritajiet qegħdin jifhmu din is-sitwazzjoni.

Fearne qal li bħalissa l-protokoll jippermetti li jsiru tiġijiet bilqiegħda sa massimu ta’ 500 persuna għal dawk biċ-ċertifikat tat-tilqim u li josservaw il-miżura tad-distanza soċjali. Barra minn dawn, huma permessi li jsiru tiġijiet għal persuni bilwieqfa sa massimu ta’ 100 persuna.

Hawnhekk huwa ħabbar li mill-1 ta’ April in-numru ta’ persuni bilqiegħda se jibqa’ l-istess, però se tiżdied il-possibiltà li tieġ jista’ jsir għal persuni bilwieqfa sa massimu ta’ 300 persuna. “Eventwalment se nkunu qed inżidu dan in-numru fix-xhur ta’ wara”, kompla Fearne.

Avvenimenti organizzati oħra bħalma huma dawk kulturali u soċjali, fosthom night clubs għaddejja diskussjoni dwar il-pjan li sal-aħħar tar-rebbiegħa jkunu permessi wkoll. Minkejja dan, l-analiżi għadha għaddejja u b’hekk l-aġġornament tad-deċiżjonijiet se jkunu qegħdin jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin b’aktar preċiżjoni.

Ekonomija

Sport