Il-futbol lokali tilef ġentlom kbir hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Twanny Agius, eks-president tal-MAFA li miet fl-għomor ta’ 79 sena. Agius mexxa lil MAFA bejn l-1999 u l-2022.
Agius kien ukoll referee filwaqt li ftit tax-xhur ilu kien onorat waqt serata speċjali fejn ingħata memento tal-okkażjoni.
Kien proprju ftit tax-xhur ilu li hu ċeda postu wara 23 sena jokkupa din il-kariga.