Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblik, qiegħed jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva minn kumpanija li tagħmel il-ġelati, il-prodott tagħhom m’għandux jiġi kkunsmat. Dan minħabba l-possibiltà ta’ preżenza ta’ biċċiet tal-plastik f’dan il-prodott.