Jidher li se jkun ferm ikkumplikat ir-ritorn ta’ Joao Cancelo ma’ Barcelona. Fil-fatt il-klabb proprja tiegħu Manchester City ma jridx jerġa’ jtih b’self lill-Katalani u litteralment iridu jbigħuh. Is-somma ta’ €25 miljun tidher waħda iebsa għall-Blaugrana li qed jippruvaw iqumu fuq saqajhom finanzjarjament.
Cancelo qed jiġi segwit ukoll minn Al Hilal li saħansitra qed joffru lil The Citizens is-somma ta’ €40 miljun.