Wednesday, December 25, 2024

Tikkunsmawx dan il-prodott jekk intom allerġiċi jew intolleranti għal-lewż

Aqra wkoll

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill- pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għal-lewż, minħabba li fih traċċi ta’ proteina tal-lewż li mhix iddikjarata fuq it-tikketta.

  • Deskrizzjoni tal-prodott: Preparato per Créme Caramel (taħlita għall-créme caramel)
  • Ditta: Belbake
  • Data tad-durabbiltà: Best Before 05/12/2025
  • Użin:200g

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 p.m. jew jibgħat e-mail fuq [email protected].

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental- Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Ekonomija

Sport