Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat għaliex instab li fih livelli għoljin ta’ residwi tal-pestiċida Chlorpyriphos.
Product: | Dried Fenugreek leaves (Kasoori Methi) |
Brand: | MDH Peacock |
Weight: | 100g |
Lot and Durability date: | Lot 341; Date: 31/12/2022 |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].