Friday, November 15, 2024

Tikkunsmax dan il-prodott

Aqra wkoll

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, xtaq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott ma għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ 3-MCPD.

Deskrizzjoni tal-prodott:Soy Sauce
Isem tal-prodott fuq il-pakkett:Silver Swan – Special Soy Sauce
Ditta:Silver Swan
Volum:1000ml
Data tad-durabbilita`:16/08/2023
Oriġini:Filippini

It-3-MCPD huma grupp ta’ kontaminanti li jiffurmaw waqt li jkunu qed jiġu proċessati ż-żjut tal-ikel. F’livelli għoljin dawn jista’ ikollhom effetti negattivi fuq is-sistema riproduttiva tal-bniedem, kif ukoll jistgħu ikunu karċinoġeni.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Ekonomija

Sport