Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut u iktar tard permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstabu fih livelli elevati ta’ kadmju.
Isem tal-prodott: | Taħlita għal xarba tal-kawkaw (Preparato per cacao in tazza) |
Ditta: | Baule Volante |
Data tad-durabbilità: | 05/2024 |
Lottijiet: | L22214 u L22339 |
Użin: | 15g |
Oriġini: | Italja |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq [email protected].
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is- sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.