Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, wissa lill-pubbliku, li wara informazzjoni addizjonali li rċieva, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati għaliex instab li fihom ingredjent li potenzjalment fih l-Ethylene oxide.
L-ewwel prodott:
| Deskrizzjoni tal-prodott | Mini cones – Vanilla and Chocolate (x 8) |
| Ditta | Milka |
| Data tad-durabbilità | Lulju 2022 |
| Lott | OS1113 u OS1114 |
It-tieni prodott:
| Deskrizzjoni tal-prodott | Mandorle e Vaniglia di Java (x 4) |
| Ditta | Nuii |
| Data tad-durabbilità | Ottubru 2022; Mejju 2023 |
| Lott | Ml0296; UE1137 |
It-tielet prodott:
| Deskrizzjoni tal-prodott | Cioccolato Biancho con Caramello e Noci Pecan del Texas (x 4) |
| Ditta | Nuii |
| Data tad-durabbilità | April 2023 |
| Lott | Ml1109 |
Ir-raba’ prodott:
| Deskrizzjoni tal-prodott | Mixed – Caramello salato e Noci Macadamia Australiane / Cioccolato Bianco e Vaniglia di Java / Cioccolato Fondente e Mirtilli dei Paesi Nordici |
| Ditta | Nuii Mini |
| Data tad-durabbilità | Ġunju 2023 |
| Lott | Ml1159 |
L-Ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropeja, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE.
Għalkhemm il-konsum tal-prodott mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien.
Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx.

