Tuesday, December 24, 2024

Tilef saqajh fil-gwerra, iżda huwa l-iktar raġel mixtieq fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Oleksandr Budko, suldat Ukren ta’ 26 sena li tilef saqajh it-tnejn f’attakk fl-2022 waqt li kien qed jiddefendi l-Kharkiv mir-Russi, sar il-protagonist tas-serje televiżiva Ukrena “The Bachelor.”

Budko malajr addatta għall-ħajja b’saqajn prostetiċi u issa qed juża l-pjattaforma tiegħu biex iqajjem kuxjenza dwar l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni b’diżabilità fl-Ukrajna. Dan bil-għan li juri li huma membri sħaħ tas-soċjetà minkejja l-istigma li sfortunatament teżisti.

F’intervista li saritlu Oleksandr qal li jittama li jsib l-imħabba fuq il-programm wara li ntemmet ir-relazzjoni li kellu mal-maħbuba tiegħu f’Jannar li għadda, imma jaħseb li se jkun diffiċli jagħżel persuna b’miljuni ta’ nies isegwuh.

Minbarra r-rwol tiegħu fit-TV, huwa ppreżenta programm dwar l-aċċessibilità, kiteb ktieb, rebaħ midalji fil-Logħob Invictus fost avvenimenti oħra li pparteċipa fihom.

Ekonomija

Sport