L-Ingilterra hija l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li niedet tilqima innovattiva għall-kanċer li tieħu biss bejn tliet u ħames minuti biex tingħata lill-pazjenti. Dan it-trattament revoluzzjonarju jintuża biex jikkura 15-il tip ta’ kanċer differenti inkluż dak tal-pulmun, il-kliewi, il-bużżieqa, il-ġilda, l-imsaren, l-esofagu u l-kanċer fir-ras u l-għonq. Dan ifisser li madwar 1,200 pazjent fix-xahar f’dan il-pajjiż issa se jkunu jistgħu jingħataw trattament aktar malajr b’inqas stress u inqas ħin fl-isptar.
Din it-tilqima ġdida li fiha Nivolumab – mediċina immunoterapewtika – kienet tingħata qabel permezz ta’ infużjoni li tieħu bejn nofs siegħa u siegħa sħiħa. Illum, bl-approvazzjoni regolatorja tar-Renju Unit, dinn tista’ tingħata taħt il-ġilda f’ħin rekord u bl-istess effettività.