Sunday, November 24, 2024

Tiltaqa’ ma’ binha wara li għamlet ħajjitha tfittxu

Aqra wkoll

Paula Beer ta’ 74 sena minn Bridgend f’Wales sa fl-aħħar kellha x-xorti tiltaqa’ ma’ binha wara li għamlet ħajjitha tfittxu. Hi kienet welldet tifel fl-età ta’ 17-il sena iżda minħabba l-ġenituri tagħha kellha tagħti għal addozzjoni.

Il-mara tgħid li kienet ħarġet tqila hekk kif kellha relazzjoni intima ma’ ġuvni fuq il-post tax-xogħol tagħha. Hekk kif saru jafu l-ġenituri li ħarġet qtilha haduha kontriha tant li lanqas ħallewha tara tabib qabel ma kellha 8 xhur tqala. Hekk kif weldet lil binha fi Frar tal-1967 hija tagħtu l-isem ta’ Paul.

Tiftakar li kienet għamlet 3 ijiem l-isptar wara li welldet fejn imbgħad kienu qalulha li binha kien ingħata għal addozzjoni. “Dik kienet l-agħar ħaġa li qatt ġratli f’ħajti,” tgħid Paula.

Iżda hi kienet determinata li minkejja ħadd ma qallha min kien addotta lil binha kienet se tibqa’ tfittxu sakemm issibu. Fil-fatt hija iltaqgħat miegħu ftit tal-jiem ilu waqt programm “Long Lost Family”.

Waqt l-intervista li tat Paula qalet li hija kienet bdiet relazzjoni ma’ “ġuvni veru gustuż” u fi żmien tar-relazzjoni kellha mumenti sbieħ ħafna flimkien sakemm imbgħad ir-relazzjoni intemmet.

Ta’ 17-il sena ndunat li kienet tqila. “Kienet xi ħaġa tal-biża’. Ma kontx naf kif se ngħid lill-ġenituri tiegħi. Huma dejjem kienu jgħiduli biex ma noħroġx tqila qabel ma niżżewweġ. Ma kont għet lil ħadd tant li żammejt it-tqala sigriet għall-ewwel.”

Sa fl-aħħar Paula u binha Paul reġgħu iltaqgħu u issa bil-mod il-mod jistgħu jibnu relazzjoni ta’ omm u iben.

Sport