Thursday, December 26, 2024

Timo Werner irid jestendi l-kuntratt ma’ Chelsea

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Chelsea, Timo Werner, qed jipprepara biex jidħol f’taħditiet mal-manager Thomas Tuchel fost l-ispekulazzjonijiet li għaddejjin dwar il-futur tiegħu.

L-internazzjonali Ġermaniż reġa’ sabha diffiċli biex iħallil-marka tiegħu għall-Blues dan l-istaġun, billi rnexxielu jiskorja goal wieħed biss u jipprovdi assist wieħed fi 11-il dehra fil-Premier League.

Werner għad fadallu aktar minn tliet snin fil-kuntratt tiegħu fi Stamford Bridge, iżda rapport riċenti sostna li Borussia Dortmund huma ħerqana li jġibuh lura fil-Bundesliga dan is-sajf.

L-attakkant u l-aġenti tiegħu mistennija jidħlu f’taħdidiet ma’ uffiċjali ta’ Chelsea fil-ġimgħat li ġejjin biex jiddiskutu l-futur tiegħu fil-club.

Il-player ta’ 25 sena qed isir ‘aktar dejjem frustrat’ bin-nuqqas ta’ azzjoni fil-kampjonat dan l-istaġun u huwa miftuħ biex ifittex club ġdid matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Werner skorja 19-il goal u rreġistra 19-il assist f’76 dehra għal Chelsea minn meta ngħaqad mal-Blues mingħand RB Leipzig f’Lulju 2020.

Il-Ġermaniż skorja goal u pprovda żewġ assists fir-rebħa ta’ 3-2 ta’ nhar l-Erbgħa kontra Luton Town fl-FA Cup iżda aktarx li se jerġa’ jkun fuq il-bank kontra Burnley fil-Premier League llum is-Sibt.

Ekonomija

Sport