Sunday, October 27, 2024

Timo Werner segwit minn Atletico, Bayern M. u Borussia D.

Aqra wkoll

Atletico Madrid ngħaqdu ma’ Bayern Munich u Borussia Dortmund fit-tellieqa biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Chelsea, Timo Werner, waqt it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.

L-internazzjonali tal-Ġermanja kien regolari għall-Blues minn meta ngħaqad magħhom mingħand RB Leipzig f’Lulju 2020, u għamel 60 apparenza fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja 14-il goal u pprovda 16-il assist fil-proċess.

Il-futur fit-tul ta’ Werner fi Stamford Bridge mhuwiex ċar, madankollu, bil-manager ta’ Chelsea Thomas Tuchel jidher li jippreferi għażliet oħra fl-attakk.

Is-Sibt il-player skorja l-ewwel goal tiegħu tal-istaġun fil-Premier League kontra Southampton, imma sabha diffiċli biex juri konsistenza minn meta mar jilgħab fl-Ingilterra.

Rapport riċenti sostna li Bayern u Dortmund it-tnejn kienu ħerqana għaż-żagħżugħ ta’ 25 sena, u jidher li hemm ukoll interess ġenwin minn Atletico.

Werner jista’ jkun żejjed għar-rekwiżiti ta’ Chelsea jekk il-club, kif irrappurtat riċentement, jiffirma attakkant ieħor fis-sajf li ġej biex jikkompeti ma’ Romelu Lukaku għal rwol fil-formazzjoni inizjali.

Sport