Wednesday, October 2, 2024

Timothy Castagne fir-radar ta’ Juventus

Aqra wkoll

Juventus qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jiksbu s-servizzi tad-difensur internazzjonali Belġjan Timothy Castagne. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u l-aħħar staġun tiegħu ma tantx kien daqshekk feliċi hekk kif it-tim tiegħu Leicester City safa’ relegat għal The Championship. 

Castagne esprima x-xewqa li jiċċaqlaq u Juventus jafu jkunu l-alternattiva għalih. Hu diġa’ għandu esperjenza tas-serie A Taljana meta fil-passat lagħab ukoll ma’ Atalanta filwaqt li beda l-karriera tiegħu ma’ Genk.

Hu jilgħab b’mod regolari mat-tim nazzjonali Belġjan fejn s’issa deher 31 darba u skorja żewġ gowls.

Sport