Saturday, June 28, 2025

Timothy Weah jirrifjuta trasferiment għal ma’ Nottingham Forest

Aqra wkoll

Timothy Weah għażel li ma jaċċettax it-trasferiment lejn Nottingham Forest, minkejja li Juventus u l-klabb Ingliż kienu laħqu ftehim li jinkludi wkoll lil Samuel Mbangula. Skont stazzjon Taljan, għadu mhux ċert jekk din id-deċiżjoni hux se jwaqqaf it-trasferiment tal-attakkant Belġjan.

It-tnejn esprimew id-diżappunt tagħhom fuq il-midja soċjali, fejn Weah rrifletta dwar xi żmien diffiċli li għaddej minnu bħalissa, filwaqt li Mbangula qal li qed jaħsibha x’għandu jagħmel u x’se tkun it-triq ‘il quddiem.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport